It-Tlieta filgħodu l-Papa Franġisku laqa’ f’udjenza fil-Palazz Appostoliku tal-Vatikan lill-President tal-Kolumbja, Juan Manuel Santos Calderon. Sussegwentement, dan iltaqa’ mal-Kardinal Tarcisio Bertone, Segretarju tal-Istat, li kien akkumpanjat mis-Segretarju għar-relazzjonijiet bejn l-Istati differenti, l-Arċisqof Domenique Mamberti.
Waqt it-taħditiet kordjali, issemmiet il-kanonizzazzjoni tal-ewwel qaddisa Kolumbjana deskritta bħala interpretatriċi fidila għall-għeuq insara tal-Kolumbja. Issemmiet ukoll il-kontibuzzjoni tal-Knisja fil-promozzjoni tal-kultura ta’ laqgħat, kif ukoll il-ħidmiet f’servizz lill-progress spiritwali u uman tal-pajjiż, partikolarment lil dawk l-iktar fil-bżonn u liż-żgħażagħ.
Diskussi wkoll kienu l-isfidi li dan il-pajjiż għandu jiffaċċja, speċjalment f’dak li jirrigwarda l-inugwaljanzi soċjali. Saret referenza wkoll għall-proċess ta’ paċi fl-istess waqt fejn mhumiex nieqsa l-vittmi tal-kunflitt. Iż-żewġ naħat awguraw li jissoktaw in-negozjati ispirati minn tiftix sinċier għall-ġid komuni u r-rikonċiljazzjoni. Fl-aħħar u mhux l-inqas kien enfasizzat l-impenn tal-Knisja favur il-ħajja u l-familji.