Il-Kap tal-Knisja Kattolika ngħata relikwija tal-Arċisqof Oscar Romero li kien inqatel f’El Salvador. Din ir-relikwija ngħatat lill-Papa bħala rigal mill-President tal-Ekwador Mauricio Funes Cartagena. Qabel iż-żjara tiegħu lil Franġisku, Funes qal li l-għan ewlieni taż-żjara tiegħu lill-Papa kien biex jesprimi l-gratitudni qawwija tiegħu għall-fatt li l-proċess ta’ kanonizzazzjoni ta’ Romero ma kienx imblukkat. Barra minn hekk huwa nkoraġixxa li l-proċess lejn id-dikjarazzjoni tal-qdusija ta’ Romero jissokta u jitwasal lejn tmiemu.
Stqarrija qalet li l-Papa tkellem ma’ Funes dwar l-importanza tax-xiehda li ta Romero għal El Salvador bħala pajjiż. Huma tkellmu wkoll dwar il-ħidma tal-Knisja fiż-żamm tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, fil-provvediment tal-edukazzjoni u l-karita, u fil-ġlieda tal-krimini organizzat u l-faqar. Il-Vatikan temm jgħid fl-istqarrija li “id-difiża tal-ħajja umana, taż-żwieġ u tal-familja” kienu wkoll attivament diskussi.
Funes temm irodd ħajr lill-Papa Arġetin talli laqgħu f’din l-udjenza privata.