Wara l-katekeżi tiegħu fl-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa, din il-ġimgħa l-Papa Benedittu XVI rrefera għaż-żjara tal-Ħamis f’Loreto, l-Italja “fil-50 anniversarju mill-pellegrinaġġ famuż li Beatu Papa Ġwanni XXIII kien għamel fis-santwarju Marjan ġimgħa qabel ftuħ il-Konċilju Vatikan II.”
Il-Papa stieden lil kulħadd jingħaqad miegħu fit-talb, waqt li fada l-ġrajjiet ekkleżjastiċi ewlenin li qed jitħejjew fil-qawwa tal-Madonna, Omm Alla. Il-Papa rrefera għas-Sena tal-Fidi u s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida. Esprima t-tama li Marija takkumpanja lill-Knisja fil-missjoni tagħha ta’ xandir tal-messaġġ tal-Vanġelu lill-popli ta’ żmienna.