Wara t-traġedja f’Boston fl-Amerka, il-Papa Franġisku, permezz tas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan il-Kardinal Tarcisio Bertone, bagħat messaġġ lill-Arċisqof ta’ Boston f’Massachusetts fl-Istati Uniti tal-Amerka. Huwa esprima s-sogħba tiegħu għat-telf ta’ ħajja u l-ġrieħi li sofrew ħafna nies f’att ta’ vjolenza imwettaq waqt il-maratona annwali. Il-Papa wiegħed solidarjeta spiritwali permezz tat-talb u qal li jitlob lil Alla sabiex jagħti l-mistrieħ ta’ dejjem lil dawk li tilfu ħajjithom, il-konsolazzjoni lil dawk li ndarbu, u l-qawwa lil dawk involuti f’ħidma bla head ta’ salvataġġ. Il-Papa Franġisku qal li jitlob sabiex il-poplu kollu ta’ Boston jibqa’ maqgħud sabiex isolvi u mhux jinqered mill-ħażen, u jibqa’ diterminat biex jibni soċjeta iktar ġusta, ħielsa u sigura għall-ġenerazzjonijiet li jmiss.