Ex British PM Margaret Thatcher

F’messaġġ li bagħat lill-Prim Ministru Ingliż David Cameron, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Tarcisio Bertone, f’isem Papa Franġisku bagħat messaġġ ta’ sogħba għall-aħbar u wassal il-kondoljanzi wara l-mewt tal-ex Prim Ministru Ingliż Margaret Thatcher. Il-Kardinal Bertone, qal li l-Papa esprima apprezzament għall-valuri Nsara li kkaratterizzaw l-impenn tagħha għas-servizz pubbliku u l-promozzjoni tal-liberta fost il-pajjiżi differenti.

Is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan temm jgħid li l-Papa qed iżomm fit-talb tiegħu lill-familja ta’ Thatcher u l-poplu kollu fir-Renju Unit.