Il-Papa Franġisku saħaq li l-Knisja Kattolika messha tistħi u għandha titlob maħfra fid-dawl tal-abbużi sesswali fuq it-tfal.
Hu qal dan f’indirizz lill-awtoritajiet Belġjani, fi żjara appostolika fil-Belġju.
“Il-Knisja għandha tirrisolvi s-sitwazzjoni b’umiltà Nisranija u tagħmel kull sforz biex dan ma jerġax iseħħ,” qal il-Papa. Hu kompla li l-abbuż mill-membri tal-kleru jħammar wiċċ il-Knisja. Għaldaqstant, hu insista li l-Knisja ma tistax iġġib skużi, anke jekk il-maġġoranza tal-abbużi jseħħu fil-familji u fl-iskejjel.
“Fil-Knisja, aħna għandna nitolbu maħfra għal dan kollu. Din hija tal-mistħija u umiljazzjoni għalina,” sostna l-Papa.
Sors: Newsbook Malta