Meta laqa’ parteċipanti f’laqgħa organizzata minn Caritas tal-Italja f’għeluq l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha, il-Papa Benedittu XVI fakkar “fl-irwol importanti li Caritas għandha li teduka l-komunitajiet, il-familji u s-soċjeta ċivili, fejn il-Knisja hi msejħa tagħti”.
Il-Papa ħeġġeġ lil Caritas tal-Italja sabiex ma tabbandunax l-irwol edukattiv tagħha, anki meta l-missjoni ssir iktar diffi ċli u tkun tidher li mhix tħalli l-frott. Ħeġġiġha tissokta bid-dmirijiet tagħha waqt li tibqa’ fidila lejn il-Knisja, b’rispett lejn l-identita tal-istituzzjonijiet fi ħdanha.
Ħidma magħmula b’imħabba hi turija ta’ Alla. Tali ħidmiet huma riżultat tal-fidi, ħidmiet tal-Knisja b’sens ta’ sensittivita u tħassib lejn min qed ibati l-iktar.
Huwa fakkar fit-tagħlim tal-Konċilju Vatikan II u żied li l-imħabba tilob moħħ miftuħ. Qal li li wieħed iwieġeb għall-ħtiġijiet ma jfissirx biss li jingħata x’jikol min hu bil-ġuħ, imma iżjed minn hekk wieħed jasal jistaqsi ‘l għaliex il-ġuħ. Appella lill-Caritas fl-Italja sabiex fiż-żminijiet tal-lum tirrifletti fuq il-ħidma tagħha. Tkellem ukoll dwar l-immigrazzjoni. Semma ukoll il-kriżi ekonomika dinjija, fi kliemu, sinjal ieħor ta’ ħtieġa ta’ fraternita.