Il-Papa Benedittu XVI kiteb messaġġ lill-President Franċiż ġdid, Francois Hollande. Filwaqt li esprima it-tama li Franza tkompli tkun “fattur ta’ paċi u solidarjeta fit-tiftixa attiva għall-ġid komuni, ir-rispett lejn il-ħajja u d-dinjita ta’ kull persuna u ta’ kull poplu”, fl-Ewropa u fil-komunita internazzjonali kollha kemm hi.
Il-Papa qal li jitlob ukoll li l-President Hollande, bl-għajnuna t’Alla, “filwaqt li jirrispetta t-tradizzjonijiet morali u spiritwali nobbli tal-pajjiż, jippersevera fil-kuraġġ lejn il-kisba ta’ dawk l-għodda li jwasslu għal soċjeta aktar fraterna u ġusta, miftuħa għad-dinja u b’solidarjeta mal-pajjiżi l-iktar fqar”.