Waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Malta f’April li ġej, il-Papa Benedittu XVI se jagħmel mawra fil-Port il-Kbir, li mill-Kalkara għandha twasslu fil-Valletta Waterfront, fejn se jkollu laqgħa maż-żgħażagħ Maltin.
Dan tħabbar ilbieraħ f’konferenza tal-aħbarijiet li tat il-Kurja tal-Arċisqof, li matulha ngħataw dettalji dwar it-tħejjijiet li qed jagħmlu l-Knisja u l-Istat għal din iż-żjara. Iċ-Chairperson tal-Kumitat Organizzattiv, Monsinjur Charles Cordina, qal li hemm ħafna entużjażmu fost dawk kollha involuti fid-diversi ħidmiet li jridu jsiru għal din iż-żjara. Il-Papa se jkun f’Malta fis-17 u 18 t’April li ġej.
Biex tkun taf aktar dwar din l-istorja, żur is-sit www.il-gensillum.com