L-Uffiċċju għaċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi ħabbar li l-Ħadd li ġej, Papa Franġisku se jkun qed jiċċelebra l-ewkaristija u jamministra l-konfirmazzjoni lil dawk li se jitressqu quddiemu wara l-wasla tagħhom f’Ruma f’pellegrinaġġ minn diversi partijiet tad-dinja fl-okkażjoni tas-Sena ddedikata lill-Fidi. Il-quddiesa se ssir fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan fil-5 Ħadd tal-Għid.