Il-Vatikan ħabbar li f’ġest ta’ qrubija bejn denominazzjonijiet differenti ta’ fidi, il-Papa Benedittu XVI f’Jannar li ġej se jżur is-sinagoga ta’ Ruma u jiltaqa’ mal-komunita Lhudija tal-belt.
Iż-żjara tal-Papa fis-17 ta’ Jannar li ġej, se taħbat mal-kommemorazzjoni Rumana Lhudija magħrufa bħala ‘Lead Mo’ed’, li tfakkar ix-xita qawwija li fl-1793 salvat lil-Lhud minn attack.
Iż-żjara tal-Papa tasal wara stedina tal-kap Rabbi ta’ Ruma, Riccardo di Segni.
Fi stqarrija dwar is-sinifikat tad-data taż-żjara, il-Vatikan fl-istqarrija qal li l-‘Lead Mo’ed’ tfakkar fil-ġrajja storika meqjusa mirakoluża mill-komunita Rumana Lhudija. Fl-1793, tensjonijiet fil-konfront tal-Lhud laħqu livelli għolja f’Ruma minħabba li l-Lhud kien qed jiġi allegat li kienu qed jappoġġaw ideat rivoluzzjonarji ta’ Franza.