Il-Papa Benedittu XVI beda bil-btajjel tieghu tas-sajf nhar il-Hamis li ghadda, ghat-tieni sena konsekuttiva fil-Palazz Appostoliku ta’ Castel Gandolfo fin-nofsinhar ta’ Ruma. Mal-wasla hemm, huwa sellem lill-folla li ngabret tilqghu.
Id-Direttur tal-Ufficcju Stampa tal-Vatikan, il-Gizwita Federico Lombardi, qal fuq Radju Vatikan li l-Papa ghazel ghal darb’ohra Castel Gandolfo ghax fi kliemu “fost ragunijiet ohra, din kienet l-ehfef ghazla”. Dan fost ghadd ta’ stediniet li rcieva sabiex iqatta’ l-btajjel tieghu fl-Alpi Taljani, kif sar minnu u anki mill-predecessur tieghu fil-passat. Mill-kummenti ta’ Patri Lombardi, hu mifhum li l-Papa wasal ghal din l-ghazla wara li kkunsidra wkoll l-aspett ta’ organizzazzjoni, sigurta u logistika.
Barra minn hekk hemm ukoll numru ta’ zjajjar li l-Papa ippjana li jaghmel tul is-sajf. Dawn jinkludu Madrid fi Spanja ghac-celebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taz-Zghazagh f’Awwissu; Ancona l-Italja stess f’Settembru ghall-quddiesa tal-gheluq tal-Kungress Ewkaristiku u fl-istess xahar il-Germanja.
Patri Lombardi qal ukoll li l-Papa qed ikompli wkoll ix-xoghol tieghu fuq “Gesu ta’ Nazaret”.
Fi kliemu l-Papa Benedittu XVI meta jistrieh ma jafx joqghod bi kwietu, anzi jistrieh iktar jekk juza l-hin sew fi studju sew ukoll f’kitba ta’ natura teologika u dwar l-Iskrittura Mqaddsa.
Il-kelliemi qal intant, li r-recita tal-Angelus il-Papa jibqa’ jaghmilha ghalissa mill-Palazz Appostoliku, f’atmosfera ta’ familja ghal dawk li jingabru quddiemu, b’differenza mill-kobor ta’ Pjazza San Pietru fil-Vatikan, fejn il-Papa jkun ferm ‘il boghod mill-udjenza. Matul is-sajf l-udjenzi private u dawk specjali huma sospizi. Tul Lulju ma jsirux lanqas l-udjenzi generali ta’ kull nhar t’Erbgha. Il-katekezijiet li l-Papa kien qed jaghmel, jirrezumu fil-bidu t’Awwissu minn Castel Gandolfo, sakemm l-udjenzi ma jkunux kbar wisq. L-iskeda normali tal-attivitajiet tal-Papa tirrezumi f’Settembru.