Il-Papa Benedittu XVI qedjiddedika dax-xahar ta’ Lulju sabiex jitlob għall-pazjenti li għandhom l-AIDS, speċjalment dawk fl-ifqar pajjiżi tad-dinja.
L-Appostolatura ta’ talb tal-Papa ħabbret l-intenzjonijiet ta’ talb magħżula mill-Papa Benedittu XVI għal-Lulju.
L-intenzjoni ġenerali hi sabiex “Kristu itaffi t-tbatija fiżika u spiritwali tal-morda bl-AIDS, speċjalment fl-iktar pajjiżi fqar tad-dinja”.
Permezz tal-madwar 117,000 faċilita għall-kura tas-saħħa madwar id-dinja, il-Knisja Kattolika tipprovdi aktar minn 25% tal-kura ta’ dawk bil-virus tal-HIV u bl-AIDS, speċjalment tfal.
L-intenzjoni appostolika tal-Papa tul dax-xahar hi biex “ir-reliġjużi nisa fit-territorji tal-missjoni ikunu xhieda tal-ferħ tal-Vanġelu u jkunu wkoll sinjali ħajja tal-imħabba ta’ Ġesu”.