Nhar il-Ħamis 21 ta’ Lulju, 2011, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. mexxa pellegrinaġġ tal-morda f’Lourdes, organiżżat mill-Għaqda għat-Trasport tal-Morda. L-Arċisqof kien akkumpanjat minn Mons. Annetto Depasquale, Vigarju Ġenerali u mill-Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca. Għal dan il-pellegrinaġġ attendew 130 ruħ bejn morda, voluntiera u pellegrini.