• Il-Pellegrini żgħażagħ Maltin jaslu lura mill-Brażil

  • Il-Ħadd 4 ta’ Awwissu 2013, wasal Malta l-ewwel grupp tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ) li ħa sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Rio de Janeiro, l-Brażil. Fl-ajruport, iż-żgħażagħ Maltin ġew milqugħa mis-Segretarju Pastorali Mons. Charles Cordina, mis-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo, u mis-Shadow Minister Robert Arrigo.

    B’kollox madwar 80 żgħażugħ u żgħażugħa marru l-Brażil biex jgħixu esperjenza ta’ fidi, talb u ċelebrazzjoni. Dawn iż-żgħażagħ ingħaqdu mal-Papa Franġisku u ‘l fuq minn tlett miljun żgħażagħ oħra fit-tieni l-akbar belt tal-Brażil.

    Id-delegazzjoni Maltija ġiet koordinata mill-Kummissjoni Djocesana Żgħażagħ (KDŻ) u tmexxiet mill-Isqof Charles J. Scicluna, li matul il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ mexxa sensiela ta’ katekeżi lil żgħażagħ oħra.

  • Ritratti: DOI – Omar Camilleri