Fil-messaġġ tiegħu fl-omelija tal-quddiesa fil-festa tal-Epifanija, 6 ta’ Jannar, il-Papa Benedittu XVI qal li “l-Univers jirrifletti l-għerf tal-Ħallieq, u l-kreattivita dejjiema ta’ Alla”.
Meta kkummenta fuq iż-żjara tal-Maġi, il-Papa qal li dawn l-għorrief li segwew il-kewkba, irrikonoxxew il-pjan li hu l-bażi tal-ħolqien kollu. L-univers qal li mhux immexxi addoċċ. “Fis-sbuħija tad-dinja, fil-misteru tagħha, fil-kobor u r-razzjonalita tagħha, ma nistgħux nonqsu milli naqraw ir-razzjonalita dejjiema”, kompla l-Kap tal-Knisja Kattolika.
Temm jgħid li wieħed irid jimxi fuq dawn il-passi lejn Alla waħdu, Sid is-sema u l-art.