l-President ta’ Malta tenna b’termini ċari l-Ħamis li hu kontra li l-cannabis tkun legalizzata: “Jien miniex tal-fehma li dan għandu jiġi kkunsidrat u għalhekk naqbel ma’ Mons Grech. Diġà għandna droga legali li għandha effett fuq il-moħħ u li spiss tiġi abbużata u twassal għal konsegwenzi koroh, bħalma huma inċidenti stradali u mwiet. Dan huwa l-alkoħol.”
Dr Abela fakkar li l-cannabis “għandha effett fuq il-moħħ u hemm evidenza li tista’ twassal għall-konsum ta’ droga agħar minnha”. Għal darb’oħra saħaq li l-legalizzazzjoni tal-cannabis “aktarx tbaxxi l-prezz tad-droga, tagħmilha aktar aċċettabbli għas-soċjetà, bir-riżultat li jkompli jiżdied il-konsum bir-riskju għas-saħħa li jġib miegħu”.
Dr Abela sostna dan waqt id-diskors tal-okkażjoni li għamel fiċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni li ngħatat l-isem ta’ ‘Lejla ta’ Solidarjetà’, li saret fil-kumpless San Blas li tmexxi l-CARITAS. Matul iċ-ċerimonja, 22 żagħżugħ u żagħżugħa ggradwaw wara li temmew kors ta’ rijabilitazzjoni mid-dipendenza tad-droga f’San Blas.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com