-
-
Il-Ħadd 26 ta’ Frar 2017, il-President tal-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana, Dun Hector Scerri, ħa sehem waqt il-laqgħa storika f’Ruma meta l-Papa Franġisku żar il-parroċċa Anglikana, All Saints, fl-okkażjoni tal-200 sena mill-bidu tagħha. Għall-laqgħa kien hemm folla kbira li ħadet sehem fit-talb, il-kant u ġesti simboliċi qawwija, fosthom it-tberik ta’ ikona mill-Papa biex din tintuża għad-devozzjoni tal-Insara f’din il-parroċċa.
Matul il-laqgħa, ġie formalizzat ġemellaġġ ekumeniku bejn il-knisja Anglikana ta’ All Saints u l-parroċċa Rumana ta’ Ognissanti, fejn dawn se jkomplu jikkollaboraw fuq ħafna livelli.
Għall-laqgħa kien preżenti wkoll Canon Simon Godfrey, il-Kanċillier tal-Pro-Katidral Anglikan fil-Belt Valletta.
-
-
Ritratti: Vatican Radio – Facebook