-
-
Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani rringrazzja lill-Kummissjoni Ambjent tal-ittra li bagħtet bil-proposta sabiex fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jingħata aktar widen u attenzjoni għall-vuċi tan-nies dwar proġetti li ser iħallu xi impatt fuq il-komunità, b’mod partikolari proġetti li jirċievu fondi Ewropej.
L-ittra ntbagħtet lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker, lill-Kulleġġ tal-Kummissarji Ewropej u lill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ippjanar Urban, li jiġi mfakkar fit-8 ta’ Novembru.
Agħfas hawn biex taqra l-ittra ta’ Antonio Tajani lill-Kummissjoni Ambjent.
Agħfas hawn biex tniżżel l-ittra tal-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent.