• Il‑Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu 2018 ‑ Velja ta’ talb fil‑knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

    7:30 p.m.        L‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi velja ta’ talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali tal‑Isqof Awżilarju l‑ġdid ta’ Malta. Matul il‑velja, Mons. Joseph Galea‑Curmi jagħmel l‑istqarrija tal‑fidi u jieħu l‑ġurament tal‑fedeltà. Jieħu sehem ukoll in‑Nunzju Appostoliku, l‑Arċisqof Alessandro D’Errico. Matul il‑velja l‑Arċisqof Scicluna jbierek l‑insinji episkopali (il‑baklu, il‑mitra u ċ‑ċurkett) li ser jintużaw l‑għada waqt l‑Ordinazzjoni Episkopali.


    Is‑Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018 – L‑Ordinazzjoni Episkopali fil‑Katidral tal‑Imdina

    6:40 p.m.        L‑Arċisqof ta’ Malta u l‑Isqfijiet l‑oħra flimkien mal‑Isqof Elett jimxu mill‑Palazz tal‑Arċisqof sal‑Katidral tal‑Imdina fejn jiġu milqugħa mill‑membri tal‑Kapitlu Metropolitan. L‑Arċisqof u l‑Isqof Elett jimxu sal‑kappella tas‑Santissmu Sagrament għal mument qasir ta’ talb. 

    7:00 p.m.        Tibda l‑Quddiesa Solenni tal‑Ordinazzjoni mmexxija mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna. L‑Isqfijiet Koordinanti huma l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l‑Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq TVM2 u fuq il‑YouTube Channel tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta.


    Is‑Sibt, 11 ta’ Awwissu 2018 – Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fil‑knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan

    7:00 p.m.        L‑Isqof Awżiljarju jmexxi Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla mal‑komunità ta’ Ħal Balzan fejn ilu jagħti servizz pastorali għal dawn l‑aħħar 27 sena.

    Arranġamenti għat-trasport għall-ordinazzjoni episkopali

    Il‑Kurja tal‑Arċisqof qed torganizza servizz ta’ park and ride b’xejn lil kull min jixtieq jattendi għall‑Quddiesa tal‑Ordinazzjoni Episkopali, mis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, sal‑Imdina, u lura. Is‑servizz jibda mis‑Seminarju fil‑5:30 p.m., u lura mill‑Imdina fl‑10:30 p.m. Kull min jixtieq jagħmel użu minn dan is‑servizz għandu jaħseb kmieni u wkoll jibgħat SMS fuq 79747300 bl-isem u l-kunjom ta’ kull persuna li ser tuża dan is-servizz.