Mattew 19,27-29

Pietru dar lejn Ġesù u qallu: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk; issa x’se jmissna?” Ġesù qalilhom: “Tassew ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida, meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Iżrael. U kull min iħalli ‘l daru jew ‘il ħutu jew ‘il missieru jew ‘l ommu jew ‘l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem. U ħafna li huma ta’ l-ewwel jiġu l-aħħar, u ta’ l-aħħar jiġu l-ewwel.

Il-Qaddis tal-jum: San Benedettu, Patrun tal-Ewropa