Il-Fariżej staqsewh meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid, ‘Arawha, hawn,’ jew, ‘Hemm’, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda.” Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx. U jgħidulkom, ‘Arawh, hawn hu,’ jew, ‘Arawh, hemm hu!’ Tmorrux, tiġrux warajhom. Għax bħalma berqa tleħħ u tiddi minn tarf għal ieħor tas-sema, hekk jidher Bin il-bniedem nhar il-Jum tiegħu. Iżda qabel xejn hu għandu jbati ħafna minn dan in-nisel u jkun miċħud minnu.
Il-Qaddis tal-Jum: San Martin ta’ Tours