L-Għaqda Studenti tat-Teoloġija qegħda torganizza Lectio Divina mmexxija minn Fr. John Curmi, nhar is-Sibt 13 ta’ Novembru, fis-7:30pm, fil-Kunvent tal-Patrijiet Karmelitani fl-Imdina. Kulħadd huwa mistieden jattendi.

L-eżerċizzju tal-Lectio Divina huwa l-għarfien u t-twettieq bl-għemil tar-rieda ta’ Alla permezz tal-Kotba Mqaddsa. It-terminu Lectio Divina jfisser qari tal-Kelma ta’ Alla. Imma dan l-eżerċizzju mhux sempliċi qari tal-Bibbja. Ifisser li tinqara silta mill-Kelma t’Alla, wieħed jimmeditaha, jitlob permezz tagħha u jikkontemplaha, b’tali mod li jħalliha taħdem fih, fi ħsibijietu, xewqatu, għemilu, u jħalliha tagħġnu kif trid hi, hekk li jsir ħaġa waħda mar-rieda ta’ Alla.

www.ghstmalta.org