• San Mattew 17, 10-13

    U d-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?” Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom. Hekk ukoll Bin il-bniedem għandu jsofri minnhom.” Imbagħad id-dixxipli fehmu li hu kien qiegħed jgħidilhom għal Ġwanni l-Battista.

    Il-Qaddisa tal-jum: Santa Luċija, verġni u martri