• San Mattew 21:23-27                                                                                                                                                    

    Daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?” U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. Il-magħmudija ta’ Ġwanni minn fejn kienet ġejja, mis-sema jew mill-bnedmin?” Dawk bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk inweġbuh, ‘Mis-sema,’ jgħidilna, ‘Mela għaliex ma emmintux?’ U jekk ngħidulu, ‘Mill-bnedmin,’ nibżgħu min-nies, għax lil Ġwanni kulħadd iżommu bi profeta.”Mbagħad wieġbu lil Ġesù u qalulu: “Ma nafux.” U hu qalilhom: “Mela anqas jiena ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.

    Qaddisa tal-jum: Santa Virġinja Centurione Bracelli