Dawk kollha li jagħtini Missieri jiġu għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ‘il barra; għax jiena nżilt mis-sema mhux biex nagħmel ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum. Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajjmu mill-imwiet fl-aħħar jum.”
Il-Qaddis tal-Jum: Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha