• San Luqa 5:27-32

      Dan hu li fuqu hemm miktub, ‘Ara, jien nibgħat qablek messaġġier tiegħi biex iħejjilek it-triq quddiemek’. Ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ma hemm ħadd akbar minn Ġwanni. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna ta’ Alla hu akbar minnu.” Meta semgħu dan, il-poplu kollu u sa l-istess pubblikani għarfu l-ġustizzja ta’ Alla, billi tgħammdu bil-magħmudija ta’ Ġwanni. Imma l-Fariżej u l-għorrief tal-Liġi ġiebu fix-xejn il-pjan li Alla kien fassal għalihom, ladarba ma laqgħux il-magħmudija ta’ Ġwanni. “Ma’ min, mela, se nxebbahhom in-nies ta’ dan iż-żmien? Lil min jixbhu?  Jixbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazza, jgħajjtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom il-flawt u ma żfintux, għannejnielkom għanja ta’ niket u ma ħabbattux fuq sidirkom!’
      Qaddis tal-jum: San Pietru Damjan, Isqof u Duttur tal-Knisja