Luke 9, 43-45

Ġesù hedded ħafna lill-ispirtu mniġġes, fejjaq lit-tifel, u raġa’ tah lil missieru. U kulħadd tnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor li ma bħalu ta’ Alla. Imma waqt li kulħadd kien qiegħed jistagħġeb b’kull ma kien qiegħed jagħmel, Ġesù qal id-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

Il-Qaddis tal-jum: Il-Verġni Marija tal-Hniena