Kif niżel minn fuq il-muntanja, folol kbar marru warajh. U resaq fuqu wieħed lebbruż, nxteħet quddiemu u qallu,”Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni. “Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid; kun imfejjaq.” U minnufih ġismu ndaf mill-lebbra. U qallu Ġesù: “Qis li ma tgħid lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.”