• Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Dicembru

  • Mattew 2,13-18
    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’ Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta’ minn sentejn ‘l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi. Mbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija, meta qal, ‘F’Rama nstama’ leħen, biki u lfiq kbir: Rakel tibki lil uliedha u ma tridx min ifarraġha, għax ma għadhomx iżjed.’

     
    Il-Qaddis tal-jum : Il-Qaddisin Innocenti