Gwann 15, 18-21

“Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom. Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej m’huwiex akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll; jekk ħarsu l-kelma tiegħi, għad iħarsu tagħkom ukoll. Imma dan kollu għad jagħmluhulkom minħabba f’ismi, għax huma ma jafux lil dak li bagħatni.

Il-Qaddisa tal-jum: Santa Ubaldeska