Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù qabad jistaqsi lill-għorrief tal-Liġi u lill-Fariżej; qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?” Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejjqu u bagħtu. Mbagħad qalilhom: “Min minnkom se jaqagħlu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?” U ma kellhomx il-ħila jwiġbuh għal dan.