It-Tieni Hadd tal-Avvent

Mark 1,1-8

Il-Bidu ta’ l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-Iben ta’ Alla.  Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Isaija l-profeta, ‘Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbâr Tiegħi biex iħejji triqtek. Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Hejju t-triq tal-Mulej, Iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu ”, hekk Ġwanni deher jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet. U kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm, jitgħammdu minnu fix-xmara Ġordan waqt li jistqarru dnubiethom. Ġwanni kien jilbes libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u kien jiekol ġradijiet u għasel selvaġġ. U kien ixandar u jgħid: “Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu.  Jiena għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu.”