L-Arċisqof irtirat Emanuel Milingo taż-Żambja li kien prova jiżżewweġ fl-2001, tkeċċa mill-istat kjeriku li skont Kanoni 292 ifisser li jitlef id-drittijiet u anki l-istess doveri li kellu fl-istat kjeriku, ħlief għall-obbligu lejn iċ-ċelibat. Ma jista jeżerċita l-ebda ministeru fil-Knisja, ħlief dak stabbilit f’Kanoni 976 tal-kodiċi tal-Liġi Kanonika fejn ikun hemm periklu ta’ mewt.
Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal li din it-tkeċċija hi “straordinarja” u intweriet it-tama li Milingo “jagħraf l-iżball tiegħu”.
Hu mifhum li Milingo, wara għadd ta’ żbalji kommessi minnu qabel, riċentament mexxa ordinazzjonijiet episkopali bla approvazzjoni tal-Knisja.