Il-Vatikan ħabbar li waqqfet Kummissjoni sabiex tidħol fil-fenomenu ta’ Medjugorje fil-Boznia-Herzegovina, fejn sitt żgħażagħ qalu li kellhom dehriet tal-Madonna fis-snin tmenin.
Komunikat maħruġ mill-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, qal li “twaqqfet kummissjoni Investigattiva internazzjonali dwar Medjugorje, taħt il-Presidenza tal-Kardinal Camillo Ruini, taħt il-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi”.
Il-Kummissjoni magħmula mill-kardinali, isqfijiet, speċjalisti u esperti, se taħdem privatament, u tissottometti ir-riżultati tal-ħidma tagħha lill-awtorita tad-dekasteru. Lura għall-1981, sitt itfal minn Medjugorje, qalu li raw lill-Madonna, allegati dehriet li qajmu movimentazzjoni ta’ interess u saħansitra pellegrinaġġi. Bdew ukoll laqgħat ta’ talb madwar id-dinja.
Patri Federico Lombardi, direttur tal-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan, irrefera għall-Kummissjoni djoċesana inkarigata mill-investigazzjoni tal-allegati dehriet.
Fi stqarrija dwar Medjugorje l-episkopat ikkummenta fuq l-element sopra naturali, u l-ħtieġa ta’ assistenza fuq livell pastorali.
VATICAN CITY, (Zenit.org)