Rappreżentanti tal-Isqfijiet tal-Vatikan u l-Amerika Latina qalu li huma meħtieġa kumitati li jippromwovu u jiddefendu l-familji fuq livell ta’ djoċesijiet u ta’ parroċċi. Din kienet il-konklużjoni tal-laqgħa li saret bejn id-29 u l-31 ta’ Marzu dwar il-kura pastoral ital-familji. Il-laqgħa saret f’Bagota. Jieħdu sehem fil-laqgħa kienu l-President u s-Segretarju tal-Kunsill Pontifiċju għall-Familja, il-Kardinal Ennio Antonelli u l-Isqof Jean Laffitte rispettivament.
Stqarrija finali ta’ din il-laqgħa irrikonoxxiet “l-emerġenza reali” tal-familji minħabba “forzi li igerfxuhom u jneħħuhom mill-pjan oriġinali ta’ Alla. Minkejja li f’ħafna pajjiżi hemm leġislazzjoni li tappoġġja l-ħajja, in-numru ta’ aborti fuq livell globali qed ikompli jiżdied”.
B’turija ta’ impenn imġedded lejn l-umanizzazzjoni tas-soċjeta permezz ta’ promozzjoni u difiża tal-istituzzjoni tal-familja u r-rigal tal-ħajja, il-mexxejja tal-Knisja irrakkomandaw li jitwaqqfu kumitati ta’ ħidma fuq livell parrokkjali u djoċesan.
Komplew li l-familji huma suġġett ta’ evanġelizzazzjoni ġdida u jeħieġu jisimgħu l-aħbar it-tajba taż-żwieġ u l-familja. “Dan jorbotna li ngħinu lill-familji pastoralment” – bl-għan aħħari jkun li dawn jgħixu fl-imħabba u l-qdusija.