Għaddiet sena oħra
Għandna quddiemna r-Randan,
Trid fih tkun ferħan?
Is-sawm hu meħtieġ
Biex titrażżan ir-rieda,
Li twettaq li tixtieq.
Wasal ir-Randan
Mela ma niekolx ħelu,
Dnubi hu ġelu?
Hemm iżjed minn hekk
Biex ir-Randan ikunli ġid?
Ħa nagħmel li rrid?
Jew se nitrażżan
Mill-imġieba qarrieqa?
Kemm sirt bużżieqa?
Jew kelb irrabjat
Ma’ jista’ jkellimni ħadd?
Inweġġa’ lil kulħadd?
Dan simboliżmu
Li nibni sew bil-ħlewwa,
‘il bogħod mid-dnewwa.
Jkun daħka fil-wiċċ,
Randan mimli tilja ġlied,
B’xeħħa qalb l-ulied.
Hawn, wasal iż-żmien
Li ndur lejn Alla illum,
Umli u sogħbien.
Nerħilha għall-qrar
Forsi fl-aħħar nitbattal,
Mill-eħrex imrar.
U mmur għall-quddies
Ħalli nerġa’ nħoss is-sliem,
Il-ferħa bla tmiem.