Ir-reġistrazzjoni għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss fl-2011 f’Madrid hija att ta’ solidarjeta, għax se tgħin żgħażagħ minn pajjiżi b’diffikultajiet ekonomiċi sabiex jieħdu sehem f’dil-ġrajja speċjali tal-2011. Dan hu l-messaġġ tal-kampanja ta’ reklamar li tiġbor is-sehem ta’ 300 żagħżugħ u żagħżugħa minn pajjiżi differenti.
Il-kampanja tnediet fil-jiem li għaddew biex tippromwovi l-promozzjoni tar-reġistrazzjoni għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss f’Madrid fi Spanja.
Il-kampanja hi multilingwi, bl-Ispanjol u bl-Ingliż u qed tkun ukoll streamed online fuq l-internet permezz tad-diversi networks soċjali, u permezz tal-mezzi differenti tal-media, speċjalment it-televiżjoni u r-radju. Il-kampanja tispjega li parti mill-flus miġbura fil-proċess tar-reġistrazzjoni, se jmorru għall-fond ta’ solidarjeta mwaqaf apposta biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ mill-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, speċjalment mill-Amerika Latina.
Il-kampanja għandha l-għan li tqajjem kuxjenza fost iż-żgħażagħ dwar l-importanza tar-reġistrazzjoni u l-kontribut ekonomika għall-fond ta’ solidarjeta. Il-madwar 300 voluntier b’sehem dirett fil-kampanja, intgħażlu minn fuq Facebook, Twitter u Tuenti. Il-kampanja skattat fl-istadium Bernabéu f’Santiago, sponsorjata minn għadd ta’ kumpaniji tal-komunikazzjoni fi Spanja u pajjiżi oħra.