Radju RTK issa għandu s-sit elettroniku tiegħu, www.rtk.org.mt, u slogan ġdid: Radju b’Differenza. Is-sit tnieda din il-ġimgħa miċ-Chairman tal-Media Centre, Franco Azzopardi, wara ħidma kollettiva li saret mill-kumpanija ICA, flimkien ma’ Sylvana Magro, Manager Sales & Marketing Media Centre, il-maniġment u impjegati ta’ Radju RTK.

“Xtaqna noħolqu sit li jkun attraenti, faċli biex jintuża, u fl-istess waqt mimli b’tagħrif utli għal dawk li jsegwu l-programmi tagħna fuq Radju RTK,” qal Michael Francalanza, Kap Eżekuttiv tal-Media Centre, lil IL-ĠENSILLUM online.

“Fuq kollox, hu sit interattiv, li jagħmilha iktar possibbli biex is-semmiegħa tagħna jżommu…..

AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com