Is-Segretarjat għall-Katekeżi qed jorganizza l-Assemblea Ġenerali Annwali mnedija mis-Sezzjoni Adolexxenti fi ħdan l-istess Segretarjat. It-tema ta’ din is-sena hija: “Impatt… Impenn”. Din l-Assemblea ser issir nhar is-Sibt 16 ta’ Ottubru, 2010, l-Istitut Kattoliku, mid-9.00a.m. sa nofsinhar.
L-għan ta’ din l-Assemblea huwa li tiġi analizzata l-ħidma ma’ l-adolexxenti; fejn u kif jista’ jsir aktar impatt. Is-Segretarjat qed jilqa’ wkoll suġġerimenti għall-ħarsa ’il quddiem lejn ħidma flimkien u aħjar.
Wara introduzzjoni mid-Delegat għall-Katekezi, il-protagonisti ta’ din l-Assemblea ġenerali huma l-istess Operaturi Pastorali, bi qsim ta’ esperjenzi fil-ħidma mal-adolexxenti, kif ukoll b’ħidma flimkien f’workshops.
Is-Segretarjat jixtieq il-Kollaborazzjoni tal-Kappillani, Retturi ta’ Knejjes, Superjuri Maġġuri u Diretturi ta’ Movimenti/Għaqdiet/Soċjetajiet, flimkien mal-istess Operaturi Pastorali sabiex din l-Assemblea Ġenerali tħalli l-frott meħtieġ.