• L-eks kelliem tal-Papa San Ġwanni Pawlu II,  Dr Joaquìn Navarro-Valls, miet fl-età ta’ 80 sena.

    Is-suċċessur preżenti tiegħu tas-Santa Sede, id-Direttur Greg Burke, ħabbar dan ilbieraħ filgħaxija permezz ta’ tweet: 

  • Navarro-Valls, li hu membru tal-Opus Dei, ġurnalist Spanjol, tabib u psikjatra, ġie dijanjostikat li għandu l-kanċer proprju ftit tal-ġimgħat ilu.

    Hu miet l-Erbgħa filgħaxija, 5 ta’ Lulju 2017, fid-8:41 p.m. fid-dar tiegħu, wara li ħareġ mill-isptar tal-Opus Dei, Campus Bopmedico, f’Ruma.

    Navarro-Valls qatta’ 22 sena jaħdem bħala l-kelliem ewlieni tal-Vatikan u jaħdem spalla ma’ spalla mal-Papa Ġwanni Pawlu II. Tul is-snin kellu rwol influwenti ħafna fil-pontifikat tal-Papa u għenu jikkomunika u jwassal aħjar il-messaġġ tal-Vatikan f’dinja fejn bdiet tidħol il-komunikazzjoni soċjali.

    Irriżenja minn kelliem tal-Vatikan fil-11 ta’ Lulju 2006 u l-kariga tiegħu għaddiet f’idejn is-saċerdot Ġiżwita, Federico Lombardi.


    Sors: National Catholic Register