-
-
Il-presepju artistiku Malti, maħluq minn Manwel Grech u mit-team tiegħu, ġie armat fil-Pjazza tal-Maxtura, quddiem il-Knisja ta’ Santa Katerina. Dan il-presepju hu xhud tat-talent lokali Malti u qed iġib il-kultura Maltija eqreb ta’ komunitajiet barranin.
Hu stmat li tliet miljun turist fis-sena jżuru Betlem u ħafna minn dawn iż-żjarat isiru proprju fi żmien il-Milied.
Il-presepju għandu sbatax-il pastur, kollha b’kostum Malti, u għandu elementi Maltin fosthom ir-rieqed, l-għaġeb, ix-xabbatur u San Ġorġ Preca. Għandu wkoll girna u luzzu.
Il-presepju ġie inawgurat wara li ġiet ċċelebrata quddiesa fil-Knisja ta’ Santa Katerina, mill-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona.
Il-presepju artistiku se jkun għall-wiri mis-16 ta’ Diċembru sal-20 ta’ Jannar.
-
-
Ritratti: MJCL