Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru saret konferenza tal-aħbarijiet barra l-knisja arċipretali tal-Birgu. Indirizzaw din il-konferenza Dun Joe Cilia, Arċipriet tal-Birgu, is-Sur Ray Bonnici, Property Manager u Mons. Anton Portelli, Segretarju Amministrattiv tal-Kurja. F’dawn l-aħħar sentejn il-Knisja f’Malta nefqet aktar minn €4 miljun f’restawr, manutenzjoni u spejjeż kapitali ohra fil-parroċċi. Dan minħabba bini antik u l-obbligi li jeżistu biex dan il-patrimonju jiġi mħares.
Agħfas fuq ir-ritratti biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinkisbu mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]