Il-Fakultà tat-Teoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta se tibda toħroġ e-newsletter bl-isem ta’ KUNTATT biex iżżomm aġġornati lil dawk li jinkitbu fil-lista bl-aħbarijiet, attivitajiet u servizzi tal-istess Fakultà.

Il-Viċi Dekan Dun Stefan Attard iħeġġeġ lill-alumni u l-ħbieb tal-Fakultà u dawk kollha li huma interessati biex jinkitbu fl-e-newsletter hawnhekk: www.um.edu.mt/theology/newsletter

Dun Stefan jistedinhom ukoll biex jgħaddu l-link lil ħbieb u nies oħra, u jfakkar li l-Fakultà tapprezza kull feedback biex ittejjeb is-servizzi tagħha.