Fl-okkażjoni tar-Randan 2010, il-knejjes Insara fil-Brażil ingħaqdu f’kampanja nazzjonali msejħa ‘Kampanja Fraterna’ 2010 bil-għan li jgħinu lis-soċjetà inġenerali tibni ekonomija għas-servizz tal-ħajja.
It-tema magħżula għal din il-kampanja hi “Ma tistax taqdi lil Alla u lill-flus (Mt 6:24) u għandha t-titlu “Ekonomija u Ħajja”.
Il-kampanja tnediet fl-okkażjoni ta’ Ras ir-Randan mill-Kunsill Nazzjonali tal-Knejjes Insara permezz ta’ ċerimonja tal-ftuħ fil-kapitali Brasilia, u li kienet tinkludi laqgħa ta’ talb ekumeniku fis-Santwarju Don Bosco u konferenza stampa fil-Knisja Luterana.
AGĦFAS HAWN BIEX TKOMPLI TAQRA DAN L-ARTIKLU FUQ IS-SIT www.il-gensillum.com