Ir-reġistrazzjonijiet għall-konkors tal-arti għaż-żgħażagħ inside|out huma miftuħin. L-inizjattiva qiegħda taċċetta xogħlijiet artistiċi u fotografiċi dwar it-tema. inside|out hija spirata minn Mattew 28,19 – il-vers li Papa Benedittu qiegħed jipproponi liż-żgħażagħ din is-sena.

Ix-xogħlijiet se jiġu evalwati minn ġurija ta’ esperti u l-aħjar fosthom li jipparteċipaw f’esibizzjoni kollettiva ġewwa sagrestia Vault, Valletta Waterfront aktar tard din-sena.

L-applikazzjonijiet jibqgħu miftuħin sa nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru. Id-dettalji kollha jinsabu hawn http://bit.ly/insideoutKDZ.