Lent

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Vatikan, kien ippreżentat il-messaġġ tal-Kap tal-Knisja Kattolika għal Żmien ir-Randan, bit-tema “Let us be concerned for each other, to stir a response in love and good works”.

Il-messaġġ tal-Papa Benedittu XVI għar-Randan ta’ din is-sena jiffoka fuq il-bżonn li l-bnedmin jieħdu ħsieb xulxin u sabiex f’kull għemil tintwera l-imħabba. Iż-żmien tar-Randan joffri l-opportunita għar-riflessjoni dwar waħda mill-iktar aspetti importanti fil-ħajja Nisranija: il-Karita’. Il-messaġġ, ippreżentat fl-aħħar jiem fil-Vatikan mill-Kunsill Pontifiċju Cor Unum, ifakkar li r-Randan huwa żmien opportun li fih il-vjaġġ tal-fidi jiġġedded kemm għal individwi kif ukoll għall-komunita. Dan isir bl-għajnuna ta’ Ġesu u l-prattika tas-Sagramenti.

Il-Papa qal li l-kultura kontemporanja bħal donnha tilfet is-sens ta’ x’inhu tajjeb u ħażin, għaldaqstant qal li teżisti ħtieġa reali li wieħed jirriafferma li t-tajjeb jeżisti u jipprevali dejjem.

Il-messaġġ iqajjem tlett punti importanti.

L-ewwel, li l-bniedem ikun dejjem konċernat għal dawk ta’ madwaru u ma jkunx indifferenti. Jgħid li għandhom jinbnew relazzjonijiet ibbażati fuq dak li hu tajjeb għall-bniedem minn kull aspett: ċioe minn dak spiritwali, morali u mill-aspett fiżiku.  It-tieni, li l-kura li wieħed jieħu tal-ieħor tkun attitudni reċiproka. It-tielet punt fil-messaġġ għar-Randan huwa li l-bniedem jimxi flimkien lejn il-qdusija u ma jaqtax qalbu meta jitlaqa’ ma’ attitudni bierda lejn l-ispiritwalita.

VATICAN CITY, 7 FEB 2012 (VIS)