L-Isqfijiet tal-Ingilterra u Wales jestimaw li mat-68,700 zaru r-relikwiji ta’ Santa Tereza li ilhom hemm mis-16 ta’ Settembru. Dan fi spazju tal-ewwel ghaxart ijiem tat-tour bir-relikwiji taghha.
Ir-relikwiji ta’ Santa Tereza ta’ Lisieux se jkunu qed iduru mar-Renju Unit sas-16 t’Ottubru. Ir-relikwiji diga ddawru f’40 pajjiz.
Matul il-perjodu li matulu qed jiddawru fir-Renju Unit, ir-relikwiji ghandhom waqfa f’sit mhux kattoliku, li huwa l-York Minster, kattidral tal-Knisja tal-Ingilterra.
Id-dekamn ta’ York, Keith Jones, qal li “ninsab entuzjazmat hafna li r-relikwiji ta’ Santa Tereza se jaslu f’York Minster, fuq talba tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattolici”.
“Santa Tereza hi grazzja minn Alla ghalina lkoll, u opportunita ghall-insara ta’ tradizzjonijiet differenti sabiex jitolbu ghall-ghaqda u jiggeddu fil-fidi u fl-imhabba lejn xulxin,” temm jghid.