Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent qed torgannizza irtir għal dawk kollha li huma interessati jqattgħu ftit ħin ta’ riflessjoni fuq ir-responsabbiltajiet tan-Nisrani lejn l-ambjent.

Dan l-irtir ser issir fil-Laboratorju tal-Paċi, Ħal Far. Jibda fid-9.00 a.m. u jispiċċa fl-4.00 p.m. Dawk kollha li huma interessati jattendu għandhom jikkuntattjaw lil Mariella Axisa fuq 99454411 jew inkella jibgħatu email fuq [email protected]