Il-Gvern u l-komunità tas-Sależjani ffirmaw ftehim li permezz tiegħu l-iskola ta’ St Patrick f’Tas-Sliema, li hi mmexxija mis-Sależjani, tibqa’ tipprovdi edukazzjoni u servizz residenzjali lil numru ta’ tfal u żgħażagħ vulnerabbli minħabba s-sitwazzjoni fil-familja tagħhom. Għal dawn is-servizzi l-Gvern se jħallas €1.3 miljun fis-sena fuq medda ta’ tliet snin.
Is-Sależjani ilhom għal aktar minn 100 sena jipprovdu dan is-servizz lis-Soċjetà Maltija u għamlu ġid kbir lil mijiet ta’ tfal u żgħażagħ li tpoġġew fil-kura tagħhom tul is-snin, kemm mill-aspett edukattiv kif ukoll minn dak soċjali.
Agħfas hawn biex tkompli taqra dan l-artiklu mis-sit www.il-gensillum.com